11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/35


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – Ir-Renju Unit – Eli Lilly and Company vs Genentech Inc.

(Kawża C-239/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 3(b) - Kundizzjonijiet għall-kisba - Awtorizzazzjoni għat-tqiegħid fis-suq - Awtorizzazzjoni maħruġa lil terz - Inammissibbiltà manifesta)

(2019/C 383/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eli Lilly and Company.

Konvenuta: Genentech Inc.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division (patents court) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Ekwità (Awla tal-Privattivi), ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tal-4 ta’ Marzu 2019, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 172, 20.5.2019.