21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2020 – Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) vs Deutscher Braunkohlen-Industrie – Verein eV, Lausitz Energie Kraftwerke AG, Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH eins energie in sachsen GmbH & Co. KG, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-172/19 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ambjent - Direttiva 2010/75/UE - Konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1442 - Impjanti kbar tal-kombustjoni - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Parteċipazzjoni fil-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-att - Garanziji proċedurali fil-mument tal-adozzjoni tal-att - Sostituzzjoni tal-motivi - Nuqqas ta’ motivi bbażati fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tal-appellanti - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Appell manifestament infondat)

(2020/C 313/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) (rappreżentanti: W. Spieth u N. Hellermann, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Deutscher Braunkohlen-Industrie – Verein eV, Lausitz Energie Kraftwerke AG, Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH, eins energie in sachsen GmbH & Co. KG (rappreżentanti: W. Spieth u N. Hellermann, Rechtsanwälte), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Tricot u A. C. Becker, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

L-Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.