2.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/25 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – EX EX (C-140/19 u C-141/19), OK (C-492/19), PL (C-493/19), QM (C-494/19) vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld
(Kawżi magħquda C-140/19, C-141/19 u C-492/19 sa C-494/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Kollokament ta’ ħaddiema - Artikolu 56 TFUE - Direttiva 2014/67/UE - Artikoli 9 u 20 - Dikjarazzjoni tal-ħaddiema - Żamma ta’ dokumentazzjoni dwar is-salarji - Sanzjonijiet - Proporzjonalità - Multi ta’ ammont minimu stabbilit minn qabel - Kumulu - Assenza ta’ limitu - Spejjeż legali - Inammissibbiltà manifesta)
(2020/C 68/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Steiermark
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EX EX (C-140/19 u C-141/19), OK (C-492/19), PL (C-493/19), QM (C-494/19)
Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld
fil-preżenza ta’: Finanzpolizei
Dispożittiv
L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali dwar id-dikjarazzjoni tal-ħaddiema u ż-żamma ta’ dokumenti dwar is-salarji, l-impożizzjoni ta’ multi ta’ ammont għoli:
— |
li ma jistgħux ikunu inqas minn ammont stabbilit minn qabel; |
— |
li jiġu imposti b’mod kumulattiv għal kull ħaddiem ikkonċernat u mingħajr limitu massimu, u |
— |
flimkien ma’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali sa 20 % tal-ammont tagħhom fil-każ ta’ ċaħda tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li timponihom. |