|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/25 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Győri Ítélőtábla – l-Ungerija) – JZ vs OTP Jelzálogbank Zrt., OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt.
(Kawża C-932/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 1(2) - Artikolu 6(1) - Self iddenominat f’munita barranija - Differenza bejn ir-rata tal-kambju applikabbli waqt ir-rilaxx tal-fondi mislufa u dik applikabbli waqt ir-rimbors tagħhom - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi s-sostituzzjoni ta’ klawżola inġusta permezz ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali - Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tinvalida l-kuntratt kollu li jinkludi l-klawżola inġusta - Teħid inkunsiderazzjoni possibbli tal-protezzjoni offruta minn din il-leġiżlazzjoni u tar-rieda tal-konsumatur rigward l-applikazzjoni tagħha)
(2021/C 431/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Győri Ítélőtábla
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: JZ
Konvenuti: OTP Jelzálogbank Zrt., OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt.
Dispożittiv
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’dak li jikkonċerna l-kuntratti ta’ self konklużi ma’ konsumatur, tivvizzja b’nullità klawżola dwar id-differenza fil-kambju kkunsidrata bħala inġusta u li tobbliga lill-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni sabiex tissostitwixxiha b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li timponi l-użu ta’ rata tal-kambju uffiċjali, mingħajr ma tipprevedi l-possibbiltà, għal din il-qorti, li tilqa’ t-talba tal-konsumatur ikkonċernat intiża għall-annullament sħiħ tal-kuntratt ta’ self, minkejja li l-imsemmija qorti tqis li ż-żamma ta’ dan il-kuntratt tmur kontra l-interessi tal-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskju fil-kambju li dan tal-aħħar ikompli jsostni skont klawżola oħra tal-imsemmi kuntratt, sa fejn din l-istess qorti tkun, min-naħa l-oħra, fil-pożizzjoni li tikkonstata, fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali sovrana tagħha u mingħajr ma r-rieda espressa minn dan il-konsumatur tkun tista’ tipprevali fuqha, li l-implimentazzjoni tal-miżuri hekk previsti minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti tassew li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni fid-dritt u fil-fatt li kienet tkun dik tal-imsemmi konsumatur fl-assenza ta’ din il-klawżola inġusta.