|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/23 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Settembru 2021 – European Federation of Public Service Unions (EPSU) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Jan Willem Goudriaan
(Kawża C-928/19 P) (1)
(Appell - Dritt istituzzjonali - Politika soċjali - Artikoli 154 u 155 TFUE - Djalogu bejn l-imsieħba soċjali fil-livell tal-Unjoni Ewropea - Informazzjoni u konsultazzjoni tal-uffiċjali u tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri - Ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali - Talba konġunta tal-partijiet firmatarji ta’ dan il-ftehim għall-implimentazzjoni tiegħu fil-livell tal-Unjoni - Rifjut tal-Kummissjoni Ewropea li tippreżenta lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea proposta għal deċiżjoni - Grad ta’ stħarriġ ġudizzjarju - Obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ rifjut)
(2021/C 431/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: European Federation of Public Service Unions (EPSU) (rappreżentanti: R. Arthur, Solicitor, K. Apps, Barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: Jan Willem Goudriaan (rappreżentanti: R. Arthur, Solicitor, K. Apps, Barrister), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral, M. Kellerbauer u B.-R. Killmann, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Il-European Federation of Public Service Unions (EPSU) hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |