3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Eco Fox Srl (C-915/19), Alpha Trading SpA unipersonale (C-916/19), Novaol Srl (C-917/19) vs Fallimento Mythen SpA (C-915/19), Ministero dell’Economia e delle Finanze, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali, Ministero dello Sviluppo economico (C-915/19 sa C-917/19), Agenzia delle Dogane e dei Monopoli (C-915/19),

(Kawżi Magħquda C-915/19 sa C-917/19) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Suq tal-bijodiżil - Skema ta’ għajnuna li tistabbilixxi kwoti ta’ bijodiżil eżentati mill-ħlas tad-dazju tas-sisa - Modifika ta’ skema ta’ għajnuna awtorizzata - Modifika tal-kriterji ta’ attribuzzjoni tal-kwoti - Obbligu ta’ komunikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 1(c) - Kunċett ta’ “għajnuna ġdida” - Regolament (KE) Nru 794/2004 - Artikolu 4(1) - Kunċett ta’ “modifika ta’ għajnuna eżistenti”)

(2022/C 2/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eco Fox Srl (C-915/19), Alpha Trading SpA unipersonale (C-916/19), Novaol Srl (C-917/19)

Konvenuti: Fallimento Mythen SpA (C-915/19), Ministero dell’Economia e delle Finanze, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali, Ministero dello Sviluppo economico (C-915/19 sa C-917/19), Agenzia delle Dogane e dei Monopoli (C-915/19),

fil-prezenza ta’: Oil.B Srl unipersonale, Novaol Srl (C-915/19), Fallimento Mythen SpA, Ital Bi-Oil Srl, Cereal Docks SpA, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli (C-916/19 u C-917/19),

Dispożittiv

L-Artikoli 107 u 108 TFUE u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108[TFUE], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 734/2013 tat-22 ta’ Lulju 2013, u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament Nru 659/1999, għandhom jiġu interpretati fis-sens li modifika ta’ skema fiskali preferenzjali għall-bijodiżil awtorizzata mill-Kummissjoni Ewropea ma għandhiex titqies bħala għajnuna ġdida suġġetta għall-obbligu ta’ komunikazzjoni, abbażi tal-Artikolu 108(3) TFUE, meta din il-modifika tikkonsisti fil-bdil, b’effett retroattiv, tal-kriterji ta’ tqassim tal-kwoti ta’ bijodiżil li jibbenefikaw minn rata ta’ dazju tas-sisa pprivileġġata abbażi ta’ din l-iskema, sa fejn l-imsemmija modifika ma taffettwax l-elementi kostituttivi tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni, hekk kif dawn ġew evalwati mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tagħha tal-kompatibbiltà tal-verżjonijiet preċedenti tal-imsemmija skema mas-suq intern.


(1)  ĠU C 95, 23.03.2020.