|
20.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Fédération bancaire française (FBF) vs Autorité de contrôle prudentiel et de résolution (ACPR)
(Kawża C-911/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 263 u 267 TFUE - Att tal-Unjoni mhux vinkolanti legalment - Stħarriġ ġudizzjarju - Linji gwida maħruġa mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) - Arranġamenti għall-governanza u s-sorveljanza tal-prodotti għal prodotti bankarji bl-imnut - Validità - Kompetenza tal-EBA)
(2021/C 382/03)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Fédération bancaire française (FBF)
Konvenut: Autorité de contrôle prudentiel et de résolution (ACPR)
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 263 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li atti bħal-Linji gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tat-22 ta’ Marzu 2016 dwar l-arranġamenti għall-governanza u s-sorveljanza tal-prodotti għal prodotti bankarji bl-imnut (EBA/GL/2015/18), ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament skont dan l-artikolu. |
|
2) |
L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tevalwa l-validità ta’ atti bħal-Linji gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tat-22 ta’ Marzu 2016 dwar l-arranġamenti għall-governanza u s-sorveljanza tal-prodotti għal prodotti bankarji bl-imnut (EBA/GL/2015/18). |
|
3) |
Id-dritt tal-Unjoni ma jimponix li l-ammissibbiltà, quddiem qorti nazzjonali, ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità kontra att tal-Unjoni tkun suġġetta għall-kundizzjoni li dan l-att ikun jikkonċerna direttament u individwalment lill-parti fil-kawża li tinvoka din l-eċċezzjoni. |
|
4) |
L-eżami tat-tielet domanda preliminari ma rrileva l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Linji gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tat-22 ta’ Marzu 2016 dwar l-arranġamenti għall-governanza u s-sorveljanza tal-prodotti għal prodotti bankarji bl-imnut (EBA/GL/2015/18). |