|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – DQ vs Ministre de la Transition écologique et solidaire, Ministre de l’Action et des Comptes publics
(Kawża C-903/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizz pubbliku - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 11 tal-Anness VIII - Uffiċjali u membri tal-persunal temporanju li jintegraw mill-ġdid l-amministrazzjoni nazzjonali oriġinali tagħhom wara perijodu ta’ disponibbiltà u l-eżerċizzju ta’ dmirijiet f’istituzzjoni tal-Unjoni)
(2021/C 110/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: DQ
Konvenuti: Ministre de la Transition écologique et solidaire, Ministre de l’Action et des Comptes publics
Dispożittiv
L-Artikolu 11(1) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment tal-ekwivalenza attwarjali tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar jista’ jintalab kemm mill-uffiċjali u mill-membri tal-persunal bil-kuntratt li jintegraw għall-ewwel darba amministrazzjoni nazzjonali wara li jkunu ġew impjegati f’istituzzjoni tal-Unjoni kif ukoll minn dawk li jirritornaw hemmhekk wara li jkunu eżerċitaw funzjonijiet f’tali istituzzjoni fil-kuntest ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni jew ta’ leave għal raġunijiet personali.