20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 – Il-Parlament Ewropew vs UZ

(Kawża C-894/19 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Investigazzjoni amministrattiva - Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Rekwiżit ta’ imparzjalità oġġettiva - Appell inċidentali - Ċaħda ta’ talba għal assistenza - Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Dritt għal smigħ)

(2021/C 513/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u I. Lázaro Betancor, agenti)

Parti oħra fil-proċedura: UZ (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.

2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż relatati mal-appell prinċipali.

3)

UZ hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 77, 09.03.2020.