17.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – L-Italja) – Prefettura Ufficio territoriale del governo di Firenze vs MI (C-870/19), TB (C-871/19)

(Kawża Magħquda C-870/19 u C-871/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq - Regolament (KEE) Nru 3821/85 - Artikolu 15(7) - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Proċedura ta’ spezzjoni - Sanzjoni amministrattiva - Nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-folji ta’ reġistrazzjoni tat-takografu relatati mal-jum kurrenti u mat-28 jum ta’ qabel - Ksur uniku jew multiplu)

(2021/C 189/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Prefettura Ufficio territoriale del governo di Firenze

Konvenuti: MI (C-870/19), TB (C-871/19)

Dispożittiv

L-Artikolu 15(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006, u l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 561/2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ preżentazzjoni, mis-sewwieq ta’ vettura ta’ trasport bit-triq li jkun is-suġġett ta’ spezzjoni, tal-folji ta’ reġistrazzjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni relatati ma’ diversi ġranet ta’ attività matul il-perijodu li jkopri l-jum tal-ispezzjoni u t-28 jum ta’ qabel, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta’ spezzjoni huma obbligati li jikkonstataw biss ksur uniku mwettaq minn dan is-sewwieq u li jimponulu biss sanzjoni waħda għall-imsemmi ksur.


(1)  ĠU C 54, 17,02,2020.