25.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Gera – il-Germanja) – Toropet Ltd. vs Landkreis Greiz

(Kawża C-836/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Saħħa pubblika - Regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem - Regolament (KE) Nru 1069/2009 - Artikolu 9(d) u l-Artikolu 10(a) u (f) - Klassifikazzjoni tal-prodotti - Dekompożizzjoni, deterjorament u preżenza ta’ korpi barranin fil-materjal - Impatt fuq il-klassifikazzjoni inizjali)

(2021/C 431/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Gera

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Toropet Ltd.

Konvenut: Landkreis Greiz

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1), l-Artikolu 9(h) u l-Artikolu 10(a) u (f) tar-Regolament Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali u derivati mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali), moqrija fid-dawl tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodotti sekondarji tal-annimali kklassifikati inizjalment bħala materjal tal-Kategorija 3, skont l-Artikolu 10(a) u (f) ta’ dan tal-aħħar, mibdula bi proċess ta’ dekompożizzjoni jew b’deterjorament, jew imħallta ma’ korpi barranin, bħal biċċiet ta’ ġibs jew serratura, b’mod li ma jibqgħux iktar tajbin għall-konsum mill-bniedem u/jew ma jkunux nieqsa minn kull riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għas-saħħa tal-annimali, ma josservawx il-livell ta’ riskju marbut ma’ din il-klassifikazzjoni u għandhom, konsegwentement, jiġu kklassifikati mill-ġdid f’kategorija iktar baxxa.


(1)  ĠU C 87, 16.3.2020.