2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Warszawie – Il-Polonja) – Mittelbayerischer Verlag KG vs SM

(Kawża C-800/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Punt 2 tal-Artikolu 7 - Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam ta’ delitt jew kważi delitt - Post fejn seħħ il-fatt dannuż jew fejn jista’ jitwettaq - Persuna li tallega ksur tad-drittijiet tagħha tal-personalità, li jirriżulta mill-pubblikazzjoni ta’ artiklu fuq l-internet - Post fejn seħħ id-dannu - Ċentru tal-interessi ta’ din il-persuna)

(2021/C 310/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mittelbayerischer Verlag KG

Konvenut: SM

Dispożittiv

Il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti tal-post fejn jinsab iċ-ċentru tal-interessi ta’ persuna li tallega li d-drittijiet tal-personalità tagħha ġew miksura minn kontenut imqiegħed online fuq sit internet għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni, fir-rigward tad-dannu allegat kollu, ta’ azzjoni għad-danni mressqa minn din il-persuna jekk dan il-kontenut jinkludi elementi oġġettivi u verifikabbli li jippermettu li tiġi identifikata, direttament jew indirettament, l-imsemmija persuna bħala individwu.


(1)  ĠU C 27, 27.01.2020.