15.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Jannar 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-787/19) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 306 sa 310 - Skema speċjali tal-aġenziji tal-ivvjaġġar - Applikazzjoni għat-tipi kollha ta’ klijenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi s-servizzi ta’ vvjaġġar ipprovduti lil persuni taxxabbli li jużawhom għall-impriża tagħhom - Artikolu 73 - Valur taxxabli - Determinazzjoni ta’ valur taxxabbli globali għal gruppi ta’ servizzi jew għas-servizzi kollha pprovduti matul perijodu ta’ tassazzjoni - Inkompatibbiltà)

(2021/C 88/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wasmeier u J. Jokubauskaitė, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: F. Koppensteiner u A. Posch, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi eskludiet mill-iskema tal-VAT applikabbli għall-aġenziji tal-ivvjaġġar is-servizzi ta’ vvjaġġar ipprovduti lil persuni taxxabbli, li jużawhom għall-impriża tagħhom, u billi ppermettiet lill-aġenziji tal-ivvjaġġar li jaqgħu taħt din l-iskema speċjali jiddeterminaw il-valur taxxabbli b’mod globali għal gruppi ta’ servizzi u għas-servizzi kollha pprovduti matul perijodu ta’ tassazzjoni, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 73 kif ukoll taħt l-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva 2006/112/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 413, 09.12.2019.