|
19.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 289/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – “TEAM POWER EUROPE” EOOD vs Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite – Varna
(Kawża C-784/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ħaddiema migranti - Sigurtà soċjali - Leġiżlazzjoni applikabbli - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 12(1) - Kollokament - Ħaddiema temporanji - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Artikolu 14(2) - Ċertifikat A 1 - Determinazzjoni tal-Istat Membru li fih il-persuna li timpjega normalment teżerċita l-attivitajiet tagħha - Kunċett ta’ “attivitajiet sostanzjali, minbarra attivitajiet purament interni ta’ ġestjoni” - Assenza ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema temporanji fit-territorju tal-Istat Membru li fih il-persuna li timpjega hija stabbilita)
(2021/C 289/11)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad – Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent:“TEAM POWER EUROPE” EOOD
Konvenut: Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite – Varna
Dispożittiv
L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li impriża ta’ xogħol temporanju stabbilita fi Stat Membru għandha, sabiex titqies li “normalment twettaq l-attivitajiet tagħha”, fis-sens tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012, f’dan l-Istat Membru, twettaq parti sinjifikattiva mill-attivitajiet tagħha ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema temporanji fis-servizz ta’ impriżi utenti stabbiliti u li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru.