25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – 5th AVENUE Products Trading GmbH vs Hauptzollamt Singen

(Kawża C-775/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 29(1) u (3)(a) - Artikolu 32(1)(ċ) u (5)(b) - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 157(2) - Determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali - Valur ta’ tranżazzjoni tal-merkanzija importata - Kunċett ta’ “kundizzjoni tal-bejgħ” - Ħlas inkambju għall-għoti ta’ dritt ta’ distribuzzjoni esklużiva)

(2021/C 28/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: 5th AVENUE Products Trading GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Singen

Dispożittiv

L-Artikolu 29(1) u (3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li ħlas imwettaq matul perijodu limitat mix-xerrej ta’ merkanzija importata lill-bejjiegħ tagħha bħala korrispettiv għall-għoti, minn dan tal-aħħar, ta’ dritt ta’ distribuzzjoni esklużiva ta’ din il-merkanzija f’territorju partikolari, u kkalkolat fuq id-dħul mill-bejgħ iġġenerat f’dan it-territorju, għandu jiġi integrat fil-valur għal skopijiet doganali tal-imsemmija merkanzija.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.