8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Jannar 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-744/19) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2013/59/Euratom - Standards bażiċi dwar il-protezzjoni sanitarja mill-perikoli li jirriżultaw mill-espożizzjoni għar-radjazzjoni jonizzanti - Artikolu 106 - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

(2021/C 79/17)

Lingwa tal-kawża: l-Italja

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Tricot u G. Gattinara, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn C. Colelli, avvocato dello Stato)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom, u peress li ma kkomunikatx lill-Kummissjoni Ewropea t-test tad-dispożizzjonijiet tad-dritt intern adottati, skont il-każ, fil-qasam irregolat minn din id-direttiva, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 106(1) u (3) tal-imsemmija direttiva.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.