7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – Il-Latvja) – ZS “Plaukti”

(Kawża C-736/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Regolament (UE) Nru 65/2011 - It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikoli 4 u 6 - Regolament (KE) Nru 1122/2009 - Appoġġ għall-iżvilupp rurali - Pagamenti agroambjentali - Għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn il-pagamenti - Ħsad qabel iż-żmien - Tnaqqis u esklużjoni tal-imsemmija pagamenti - Standards obbligatorji - Rekwiżiti statutorji ta’ tmexxija - Rekwiżiti minimi għal kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin - Impenji li jisbqu l-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti minimi u ir-rekwiżiti obbligatorji l-oħra xierqa stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali)

(2021/C 217/13)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZS “Plaukti”

fil-preżenza ta’: Lauku atbalsta dienests

Dispożittiv

1)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli fil-każ fejn l-applikant għal għajnuna ma osservax l-impenji agroambjentali relatati mal-kundizzjonijiet ta’ ħsad, mingħajr ma tkun ġiet ikkonstatata ebda bidla tal-grupp ta’ għelejjel ikkonċernat.

2)

L-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, moqrija flimkien mal-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li l-istess rekwiżit wieħed jista’ fl-istess ħin jikkostitwixxi rekwiżit minimu fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba u rekwiżit li jmur lil hinn min dawn ir-rekwiżiti minimi, jiġifieri kundizzjoni għall-għoti relatata mal-pagamenti agroambjentali.


(1)  ĠU C 413, 09.12.2019.