25.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Sisal SpA (C-721/19), Stanleybet Malta Ltd (C-722/19), Magellan Robotech Ltd (C-722/19) vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawżi magħquda C-721/19 u C-722/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 u 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Direttiva 2014/23/UE - Proċeduri ta’ għoti tal-kuntratti ta’ konċessjoni - Artikolu 43 - Modifiki sostanzjali - Logħob tal-lotterija bi tlugħ instantanju - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tiġdid ta’ konċessjoni mingħajr proċedura ġdida ta’ sejħa għal offerti - Direttiva 89/665/KEE - Artikolu 1(3) - Interess ġuridiku)

(2021/C 431/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sisal SpA (C-721/19), Stanleybet Malta Ltd (C-722/19), Magellan Robotech Ltd (C-722/19)

Konvenuti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze

fil-preżenza ta’: Lotterie Nazionali Srl, Lottomatica Holding Srl, li kienet Lottomatica SpA (C-722/19)

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni, u, b’mod partikolari, l-Artikolu 43(1)(a) tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi t-tiġdid ta’ kuntratt ta’ konċessjoni mingħajr proċedura ġdida ta’ għoti, f’kundizzjonijiet fejn dan ikun ingħata lil konċessjonarju wieħed, filwaqt li d-dritt nazzjonali applikabbli kien jipprevedi li tali konċessjoni bħala prinċipju kellha tingħata lil diversi, sa mhux iktar minn erba’, operaturi ekonomiċi, meta din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tikkostitwixxi l-implimentazzjoni ta’ klawżola li tinsab fil-kuntratt ta’ konċessjoni inizjali li jipprevedi l-għażla ta’ tali tiġdid.

2)

Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikolu 43(1)(e) tad-Direttiva 2014/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, minn naħa, li t-tiġdid ta’ konċessjoni jiġi deċiż sentejn qabel it-tmiem tagħha u, min-naħa l-oħra, modifika tal-modalitajiet ta’ ħlas tal-korrispettiv finanzjarju dovut mill-konċessjonarju, kif kienu jinsabu fil-kuntratt ta’ konċessjoni inizjali b’mod li jiġi ggarantit lill-Istat dħul baġitarju ġdid u iktar sinjifikattiv, meta din il-modifika ma hijiex sostanzjali, fis-sens tal-Artikolu 43(4) ta’ din id-direttiva.

3)

L-Artikolu 43(4) tad-Direttiva 2014/23 u l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2014/23, għandhom jiġu interpretati fis-sens li operatur ekonomiku jista’ jippreżenta rikors kontra deċiżjoni ta’ tiġdid ta’ konċessjoni għar-raġuni li l-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni inizjali ġew sostanzjalment immodifikati, filwaqt li ma pparteċipax fil-proċedura ta’ għoti inizjali ta’ din il-konċessjoni, sa fejn, fil-mument meta t-tiġdid tal-konċessjoni għandu jseħħ, huwa jiġġustifika interess li jingħata tali konċessjoni.


(1)  ĠU C 432, 23.12.2019.