30.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) Admiral Sportwetten GmbH, Novomatic AG, AKO Gastronomiebetriebs GmbH vs Magistrat der Stadt Wien

(Kawża C-711/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva (UE) 2015/1535 - Artikolu 1 - Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Kunċett ta’ “regolament tekniku” - Logħob tal-ażżard - Taxxa lokali fuq l-operat tat-terminals fejn jintlagħbu l-imħatri - Leġiżlazzjoni fiskali - Assenza ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea - Infurzabbiltà fil-konfront tal-persuna taxxabbli)

(2020/C 414/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Admiral Sportwetten GmbH, Novomatic AG, AKO Gastronomiebetriebs GmbH

Konvenuta: Magistrat der Stadt Wien

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika [Informazzjoni], għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni nazzjonali fiskali li tistabbilixxi taxxa fuq l-operat ta’ terminals fejn jintlagħbu l-imħatri ma tikkostitwixxix “regolament tekniku”, fis-sens ta’ dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 406, 2.12.2019.