24.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – mk advokaten GbR vs MBK Rechtsanwälte GbR
(Kawża C-684/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 5(1) - Użu fil-kummerċ ta’ sinjal identiku jew simili għal trade mark ta’ ħaddieħor għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili għal dawk li għalihom din it-trade mark hija rreġistrata - Portata tal-kelma “jużaw” - Reklam imqiegħed online fuq sit internet fuq ordni ta’ persuna li topera fil-kummerċ u wara riprodott fuq siti internet oħra)
(2020/C 279/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: mk advokaten GbR
Konvenuta: MBK Rechtsanwälte GbR
Dispożittiv
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li topera fil-kummerċ u li qiegħdet fuq sit internet reklam li jippreġudika trade mark ta’ ħaddieħor ma tkunx qiegħda tuża s-sinjal identiku għal din it-trade mark meta l-operaturi ta’ siti internet oħra jirriproduċu dan ir-reklam billi jqegħduh, fuq l-inizjattiva tagħhom u f’isimhom stess, online fuq dawn is-siti l-oħra.