|
17.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Novembru 2021 – Fereydoun Mahmoudian vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
(KawżaC-681/19 P) (1)
(Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Dannu allegatament imġarrab mill-appellant wara l-inklużjoni u ż-żamma ta’ ismu fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Rikors għal kumpens - Kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi dwar talba għal kumpens tad-dannu allegatament imġarrab minħabba miżuri restrittivi previsti minn deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-PESK - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti protezzjoni lill-individwi)
(2022/C 24/03)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Fereydoun Mahmoudian (rappreżentanti: A. Bahrami, avocat, N. Korogiannakis, dikigoros)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-C. Cadilhac u M. Bishop, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u J. Roberti di Sarsina, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Fereydoun Mahmoudian huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tħallas l-ispejjeż rispettivi tagħha. |