17.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Novembru 2021 – Fulmen vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummisjoni Ewropea

(Kawża C-680/19 P) (1)

(Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Dannu allegatament imġarrab mill-appellanti wara l-inklużjoni u ż-żamma ta’ isimha fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Rikors għal kumpens - Kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi dwar talba għal kumpens tad-dannu allegatament imġarrab minħabba miżuri restrittivi previsti minn deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-PESK - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti protezzjoni lill-individwi)

(2022/C 24/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Fulmen (rappreżentanti: A. Bahrami, avocat, N. Korogiannakis, dikigoros)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-C. Cadilhac u M. Bishop, aġenti), il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u J. Roberti di Sarsina, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Fulmen hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tħallas l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 372, 4.11.2019.