|
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi Baxxi) – M, A, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, T
(Kawża C-673/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ażil u immigrazzjoni - Direttiva 2008/115/KE - Artikoli 3, 4, 6 u 15 - Refuġjat li jkun qiegħed fit-territorju ta’ Stat Membru illegalment - Detenzjoni għal finijiet ta’ trasferiment lejn Stat Membru ieħor - Status ta’ refuġjat f’dan l-Istat Membru l-ieħor - Prinċipju ta’ non-refoulement - Assenza ta’ deċiżjoni ta’ ritorn - Applikabbiltà tad-Direttiva 2008/115)
(2021/C 138/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: M, A, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Konvenuti: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, T
Dispożittiv
L-Artikoli 3, 4, 6 u 15 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lil Stat Membru milli jżomm taħt detenzjoni amministrattiva ċittadin ta’ pajjiż terz, li jkun jirrisjedi illegalment fit-territorju tiegħu, sabiex jipproċedi bit-trasferiment forzat ta’ dan iċ-ċittadin lejn Stat Membru ieħor li fih l-imsemmi ċittadin għandu l-istatus ta’ refuġjat, meta dan l-istess ċittadin ikun irrifjuta li josserva l-ordni mogħtija lilu li jmur f’dan l-Istat Membru l-ieħor u meta l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn kontra tiegħu ma tkunx possibbli.