|
10.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – L-Italja) – KO vs Consulmarketing SpA, li falliet
(Kawża C-652/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw trattament differenti tal-ħaddiema għal żmien determinat - Direttiva 98/59/KE - Tkeċċija kollettiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni li għandha tingħata lil ħaddiem vittma ta’ tkeċċija kollettiva irregolari - Applikazzjoni ta’ skema ta’ protezzjoni inqas vantaġġuża għall-kuntratti għal żmien determinat konklużi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, ikkonvertiti f’kuntratti għal żmien indeterminat wara din id-data)
(2021/C 182/17)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: KO
Konvenuta: Consulmarketing SpA, li falliet
fil-preżenza ta’: Filcams CGIL, Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL)
Dispożittiv
|
1) |
Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni fl-istess ħin, matul l-istess proċedura ta’ tkeċċija kollettiva unika, ta’ żewġ skemi differenti ta’ protezzjoni tal-ħaddiema għal żmien indeterminat fil-każ ta’ tkeċċija kollettiva mwettqa bi ksur tal-kriterji intiżi għad-determinazzjoni tal-ħaddiema li ser ikunu s-suġġett ta’ din il-proċedura ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, u ma tistax, għalhekk, tiġi eżaminata fid-dawl tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 20 u 30 tagħha. |
|
2) |
Il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas fuq ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 u l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi skema ġdida ta’ protezzjoni tal-ħaddiema għal żmien indeterminat fil-każ ta’ tkeċċija kollettiva irregolari għall-ħaddiema li l-kuntratt għal żmien determinat tagħhom, konkluż qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni, jiġi kkonvertit f’kuntratt għal żmien indeterminat wara din id-data. |