30.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – FT vs Universitatea “Lucian Blaga” Sibiu, GS et, HS, Ministerul Educaţiei Naţionale

(Kawża C-644/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikoli 1, 2 u 3 - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Miżura adottata minn istituzzjoni universitarja skont id-dritt nazzjonali - Żamma tal-istatus ta’ għalliem permanenti lil hinn mill-età legali tal-irtirar - Possibbiltà rriżervata għall-għalliema li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi - Għalliema li ma għandhomx dan it-titolu - Kuntratti għal żmien determinat - Remunerazzjoni inferjuri għal dik mogħtija lill-għalliema permanenti)

(2020/C 414/17)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FT

Konvenuti: Universitatea “Lucian Blaga” Sibiu, GS et, HS, Ministerul Educaţiei Naţionale

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78 tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx għal leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha, fost il-persunal għalliem ta’ istituzzjoni universitarja li jkomplu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom hemmhekk wara li jkunu laħqu l-età legali tal-irtirar, huma biss dawk l-għalliema li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi li jistgħu jżommu l-istatus tagħhom ta’ għalliem permanenti, filwaqt li l-għalliema li ma għandhomx il-kwalità ta’ direttur ta’ teżi jistgħu jikkonkludu biss ma’ din l-istituzzjoni kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, b’sistema ta’ remunerazzjoni inferjuri għal dik mogħtija lill-persunal għalliem permanenti.

2)

Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fost il-persunal għalliem ta’ istituzzjoni universitarja li jkomplu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom hemmhekk wara li jkunu laħqu l-età legali tal-irtirar, huma biss dawk l-għalliema li għandhom it-titolu ta’ direttur tat-teżi li jistgħu jżommu l-istatus tagħhom ta’ għalliem permanenti, filwaqt li l-għalliema li ma għandhomx il-kwalità ta’ direttur ta’ teżi jistgħu jikkonkludu biss ma’ din l-istituzzjoni kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, b’sistema ta’ remunerazzjoni inferjuri għal dik mogħtija lill-persunal għalliem permanenti, sakemm l-ewwel kategorija ta’ għalliema hija magħmula minn ħaddiema għal żmien indeterminat komparabbli ma’ dawk li jaqgħu taħt it-tieni kategorija u li d-differenza fit-trattament relatata, b’mod partikolari, ma’ dik is-sistema ta’ remunerazzjoni, ma hijiex iġġustifikata minn raġuni oġġettiva, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 406, 2.12.2019.