|
22.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 62/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Husqvarna AB vs Lidl Digital International GmbH & Co. KG, li kienet Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG
(Kawża C-607/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 51(1)(a) - Artikolu 55(1) - Revoka tad-drittijiet marbuta mat-trade mark tal-Unjoni - Trade mark tal-Unjoni li ma sarx użu ġenwin minnha matul perijodu kontinwu ta’ ħames snin - Skadenza tat-terminu tal-perijodu ta’ ħames snin - Data ta’ evalwazzjoni)
(2021/C 62/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Husqvarna AB
Konvenut: Lidl Digital International GmbH & Co. KG, li kienet Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG
Dispożittiv
L-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ kontrotalba għar-revoka tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, id-data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk il-perijodu kontinwu ta’ ħames snin imsemmi f’din id-dispożizzjoni jkunx wasal fi tmiemu hija dik tat-tressiq ta’ din it-talba.