|
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – Gmina Wrocław vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej
(Kawża C-604/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(a) - Artikolu 9(1) - Artikolu 13(1) - Artikolu 14(1) u 2(a) - Kunċett ta’ “kunsinna ta’ oġġetti” - Konverżjoni mid-dritt ta’ użufrutt perpetwu fuq proprjetà immobbli għal dritt sħiħ għall-proprjetà b’effett tal-liġi - Komun li jiġbor it-tariffi fir-rigward tal-konverżjoni - Kunċett ta’ “kumpens” - Kunċett ta’ “persuna taxxabbli li taġixxi inkwantu tali” - Eċċezzjoni - Organi rregolati mid-dritt pubbliku li jwettqu attivitajiet jew tranżazzjonijiet inkwantu awtoritajiet pubbliċi)
(2021/C 138/05)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gmina Wrocław
Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 14(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konverżjoni mid-dritt ta’ użufrutt perpetwu fuq proprjetà immobbli għal dritt sħiħ għall-proprjetà prevista minn leġiżlazzjoni nazzjonali permezz tal-ħlas ta’ tariffa tikkostitwixxi kunsinna ta’ oġġetti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
2) |
Id-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li, waqt il-konverżjoni mid-dritt ta’ użufrutt perpetwu fuq proprjetà immobbli għal dritt sħiħ għall-proprjetà prevista minn leġiżlazzjoni nazzjonali permezz tal-ħlas ta’ tariffa lill-komun proprjetarju tal-beni li jippermettilu li minnha jiġbor dħul ta’ natura permanenti, dan il-komun, bla ħsara għal verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha twettaq, jaġixxi fil-kwalità ta’ persuna taxxabbli, fis-sens tal-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva, u mhux inkwantu awtorità pubblika, fis-sens tal-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva. |