|
14.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 119/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 – Deutsche Lufthansa AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Land Rheinland-Pfalz
(Kawża C-594/19 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur ajruporti u linji tal-ajru - Deċiżjoni li tikklassifika l-miżuri favur l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn bħala għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern u li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat favur il-linji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport - Inammissibbiltà ta’ rikors għal annullament - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Persuna fiżika jew ġuridika mhux direttament u individwalment ikkonċernata mid-deċiżjoni inkwistjoni - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)
(2022/C 119/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Deutsche Lufthansa AG (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: T. Maxian Rusche u S. Noë, aġenti), Land Rheinland-Pfalz (rappreżentant: C. Koenig, professeur)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Deutsche Lufthansa AG għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, mil-Land Rheinland-Pfalz. |