10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – Ir-Rumanija) – Academia de Studii Economice din Bucureşti vs Organismul Intermediar pentru Programul Operaţional Capital Uman – Ministerul Educaţiei Naţionale

(Kawża C-585/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 2 - Kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” - Artikolu 3 - Perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kuljum - Ħaddiema li kkonkludew diversi kuntratti ta’ xogħol ma’ persuna li timpjega unika - Applikazzjoni għall-ħaddiem)

(2021/C 182/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Academia de Studii Economice din Bucureşti

Konvenut: Organismul Intermediar pentru Programul Operaţional Capital Uman – Ministerul Educaţiei Naţionale

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta ħaddiem ikun ikkonkluda diversi kuntratti ta’ xogħol ma’ persuna li timpjega unika, il-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum, li huwa previst f’dan l-Artikolu 3, għandu japplika għal dawn il-kuntratti meħuda flimkien u mhux għal kull wieħed mill-imsemmija kuntratti meħud separatament.


(1)  ĠU C 406, 2.12.2019.