30.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Cluj – Ir-Rumanija) – Impresa Pizzarotti & C SPA Italia Sucursala Cluj vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

(KawżaC-558/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 u 63 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Determinazzjoni tad-dħul taxxabbli tal-kumpanniji - Persuni li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ interdipendenza - Vantaġġ mhux normali mogħti minn fergħa residenti lil kumpannija mhux residenti - Rettifika tad-dħul taxxabbli tal-fergħa ta’ kumpannija mhux residenti - Assenza ta’ rettifika tad-dħul taxxabbli fil-każ ta’ vantaġġ identiku mogħti mill-fergħa tagħha lil kumpannija residenti - Prinċipju ta’ kompetizzjoni libera - Restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment - Ġustifikazzjoni - Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri - Proporzjonalità)

(2020/C 414/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Impresa Pizzarotti & C SPA Italia Sucursala Cluj

Konvenut: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru skont liema trasferiment ta’ fondi mwettaq minn fergħa residenti, favur il-kumpannija omm tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, jista’ jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala “tranżazzjoni li tiġġenera dħul”, b’tali mod li l-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-prezz ta’ trasferiment issir obbligatorja, filwaqt li, li kieku l-istess tranżazzjoni kienet saret bejn fergħa u kumpannija omm, it-tnejn li huma stabbiliti fl-istess Stat Membru, hija ma kinitx tiġi kklassifikata b’dan il-mod u l-imsemmija regoli ma kinux ikunu applikabbli.


(1)  ĠU C 372, 4.11.2019.