19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundeserwaltungsgericht – il-Ġermanja) – BZ vs Westerwaldkreis

(Kawża C-546/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika tal-immigrazzjoni - Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment - Direttiva 2008/115/KE - Artikolu 2(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Ċittadin ta’ pajjiż terz - Kundanna kriminali fl-Istat Membru - Artikolu 3(6) - Projbizzjoni ta’ dħul - Raġunijiet ta’ ordni pubbliku u ta’ sigurtà pubblika - Revoka tad-deċiżjoni ta’ ritorn - Legalità tal-projbizzjoni fuq id-dħul)

(2021/C 289/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundeserwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BZ

Konvenut: Westerwaldkreis

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva tapplika għal projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza, deċiża minn Stat Membru, li ma jkunx għamel użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 2(2)(b) tal-imsemmija direttiva, kontra ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jinsab fit-territorju tiegħu u li jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija, għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika u ta’ ordni pubbliku, abbażi ta’ kundanna kriminali preċedenti.

2)

Id-Direttiva 2008/115 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi ż-żamma fis-seħħ ta’ projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza, imposta minn Stat Membru kontra ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jinsab fit-territorju tiegħu u li jkun is-suġġett ta’ ordni ta’ tkeċċija, li tkun saret definittiva, adottata għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika u ta’ ordni pubbliku abbażi ta’ kundanna kriminali preċedenti, meta d-deċiżjoni ta’ ritorn adottata fir-rigward ta’ dan iċ-ċittadin mill-imsemmi Stat Membru tkun ġiet irtirata minkejja li din id-deċiżjoni ta’ tkeċċija tkun saret definittiva.


(1)  ĠU C 348, 14.10.2019.