14.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ April 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-537/19) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/18/KE - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Kuntratt bejn entità pubblika u impriża privata, li jirrigwarda l-kiri ta’ bini li għadu ma nbeniex - Artikolu 1 - Twettiq ta’ xogħol li jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati mill-kerrej - Artikolu 16 - Esklużjoni)

(2021/C 228/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Haasbeek, M. Noll-Ehlers u P. Ondrůšek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: inizjalment minn M. Fruhmann, sussegwentement minn J. Schmoll, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 295, 2.9.2019