16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – M.F. vs J.M.

(Kawża C-508/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Neċessità tal-interpretazzjoni mitluba sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha - Kunċett - Proċeduri dixxiplinari mibdija kontra mħallef ta’ qorti ordinarja - Ħatra tal-qorti dixxiplinari kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni ta’ din il-proċedura mill-President tal-Awla Dixxiplinari tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) - Azzjoni ċivili għall-konstatazzjoni tal-ineżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol bejn il-President ta’ din l-Awla Dixxiplinari u l-Qorti Suprema - Assenza ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju sabiex tistħarreġ il-validità tal-ħatra ta’ Mħallef tal-Qorti Suprema u Inammissibbiltà ta’ tali azzjoni skont id-dritt nazzjonali - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

(2022/C 198/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.F.

Konvenut: J.M.

fil-preżenza ta’: Prokurator Generalny, Rzecznik Praw Obywatelskich

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (Izba Pracy i Ubezpieczeń Społecznych) [il-Qorti Suprema (Awla Industrijali u tas-Sigurtà Soċjali), il-Polonja] hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 337, 7.10.2019