12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Banco de Portugal, Fundo de Resolução, Novo Banco SA, Sucursal en España vs VR

(Kawża C-504/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Superviżjoni bankarja - Riorganizzazzjoni u stralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Direttiva 2001/24/KE - Miżura ta’ riorganizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu meħuda minn awtorità tal-Istat Membru ta’ oriġini - Trasferiment ta’ drittijiet, assi jew obbligi fuq “istituzzjoni tranżitorja” - Trasferiment mill-ġdid lill-istituzzjoni ta’ kreditu suġġetta għall-miżura ta’ riorganizzazzjoni - Artikolu 3(2) - Lex concursus - Effett ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni fi Stati Membri oħra - Rikonoxximent reċiproku - Artikolu 32 - Effetti ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni fuq kawża pendenti - Eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-lex concursus - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipju ta’ ċertezza legali)

(2021/C 278/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco de Portugal, Fundo de Resolução, Novo Banco SA, Sucursal en España

Konvenut: VR

Dispożittiv

L-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu r-rikonoxximent, mingħajr kundizzjoni oħra, fi proċedura ġudizzjarja fuq il-mertu pendenti fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ oriġini, li tirrigwarda obbligu, li tneħħa minn istituzzjoni ta’ kreditu wara l-ewwel miżura ta’ riorganizzazzjoni meħuda f’dan l-Istat tal-aħħar, filwaqt li dan l-obbligu ġie fdat mill-ġdid lil din l-istituzzjoni ta’ kreditu permezz tat-tieni miżura ta’ riorganizzazzjoni, b’effett retroattiv, għal data qabel il-ftuħ ta’ tali proċedura, peress li tali rikonoxximent iwassal lill-istituzzjoni ta’ kreditu li lilha jkun ġie ttrasferit l-obbligu permezz tal-ewwel miżura biex titlef, b’effett retroattiv, il-locus standi in judicio tagħha għall-finijiet ta’ din il-proċedura pendenti, u għalhekk iqiegħed fid-dubju deċiżjonijiet ġudizzjarji diġà mogħtija favur ir-rikorrenti li kienu s-suġġett ta’ din l-istess proċedura.


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.