24.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wien – l-Awstrija) – IE vs Magistrat der Stadt Wien

(Kawża C-477/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 12(1) - Sistema ta’ protezzjoni stretta tal-ispeċi ta’ annimali - Anness IV - Cricetus cricetus (ħamster komuni) - Postijiet ta’ mistrieħ u siti ta’ tgħammir - Deterjorazzjoni jew qerda - Postijiet abbandunati)

(2020/C 279/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IE

Konvenuta: Magistrat der Stadt Wien

Dispożittiv

L-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “postijiet ta’ mistrieħ”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, jinkludi wkoll il-postijiet ta’ mistrieħ li ma jkunux iktar okkupati minn waħda mill-ispeċi ta’ annimali protetti li jinsabu indikati fl-Anness IV(a) tal-imsemmija direttiva, bħall-Cricetus cricetus (ħamster komuni), sa fejn ikun hemm probabbiltà suffiċjentement kbira li l-imsemmija speċi tiġi lura f’dawn il-postijiet ta’ mistrieħ, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019.