7.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Friends of the Irish Environment Ltd vs Commissioner for Environmental Information
(Kawża C-470/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Direttiva 2003/4/KE - Dritt ta’ aċċess għat-tagħrif ambjentali miżmum mill-awtoritajiet pubbliċi - Artikolu 2(2) - Kunċett ta’ “awtorità pubblika” - Korpi jew istituzzjonijiet li jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ setgħat ġudizzjarji - Tagħrif li jinsab fil-proċess ta’ proċedura ġudizzjarja magħluqa)
(2021/C 217/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court (l-Irlanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Friends of the Irish Environment Ltd
Konvenut: Commissioner for Environmental Information
fil-preżenza ta’: Courts Service of Ireland
Dispożittiv
L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jirregolax l-aċċess għat-tagħrif ambjentali inkluż fil-proċessi ġudizzjarji, peress li la l-qrati, u lanqas il-korpi jew l-istituzzjonijiet taħt il-kontroll tagħhom u li għalhekk għandhom rabtiet mill-qrib ma’ dawn tal-aħħar, ma jikkostitwixxu “awtoritajiet pubbliċi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva