3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Marzu 2021 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Poste Italiane SpA (C-434/19), Agenzia delle entrate – Riscossione (C-435/19) vs Riscossione Sicilia SpA agente riscossione per la provincia di Palermo e delle altre provincie siciliane (C-434/19), Poste Italiane SpA (C-435/19)

(Kawżi magħquda C-434/19 u C-435/19) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Kompetizzjoni - Artikolu 107(1) TFUE - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Artikolu 106(2) TFUE - Servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali - Ġestjoni tas-servizz ta’ kont kurrenti postali għall-irkupru tat-taxxa komunali fuq l-immobbli - Impriżi li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri - Drittijiet ta’ kummissjoni stabbiliti b’mod unilaterali mill-impriża benefiċjarja - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Artikolu 102 TFUE - Inammissibbiltà)

(2021/C 163/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Poste Italiane SpA (C-434/19), Agenzia delle entrate – Riscossione (C-435/19)

Konvenuti: Riscossione Sicilia SpA agente riscossione per la provicia di Palermo e delle altre provincie siciliane (C-434/19), Poste Italiane SpA (C-435/19)

fil-preżenza ta’: Poste italiane SpA – Bancoposta (C-435/19)

Dispożittiv

L-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi “għajnuna mill-Istat”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-miżura nazzjonali li permezz tagħha l-konċessjonarji inkarigati mill-ġbir tal-ICI huma obbligati jkollhom kont kurrenti miftuħ f’isimhom ma’ Poste Italiane SpA sabiex jippermettu l-ħlas ta’ din it-taxxa mill-persuni taxxabbli u huma obbligati jħallsu kummissjoni għall-ġestjoni ta’ dan il-kont kurrenti, sa fejn din il-miżura tkun imputabbli lill-Istat, tagħti vantaġġ selettiv lil Poste Italiane permezz ta’ riżorsi tal-Istat u tkun tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 328, 30.09.2019