18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – “Bulstrad Vienna Insurance Group” АD vs Olympic Insurance Company Ltd

(Kawża C-427/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2009/138/KE - Artikolu 274 - Dritt applikabbli għall-proċedura ta’ stralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni - Irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ kumpannija tal-assigurazzjoni - Ħatra ta’ stralċjarju provviżorju - Kunċett ta’ “deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ stralċ ta’ impriża tal-assigurazzjoni” - Assenza ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tiftaħ il-proċedura ta’ stralċ fl-Istat Membru ta’ oriġini - Sospensjoni tal-proċeduri ġudizzjarji fil-konfront tal-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata fl-Istati Membri l-oħra għajr fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħha)

(2021/C 19/08)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Bulstrad Vienna Insurance Group” АD

Konvenuta: Olympic Insurance Company Ltd

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 274 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), kif emendata bid-Direttiva 2013/58/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirtira l-awtorizzazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata u li taħtar likwidatur provviżorju tista’ tikkostitwixxi “deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ stralċ ta’ impriża tal-assigurazzjoni”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, fil-każ biss li d-dritt tal-Istat Membru ta’ oriġini ta’ din l-impriża tal-assigurazzjoni jipprevedi jew li dan l-istralċjarju provviżorju huwa awtorizzat jirrealizza l-assi tal-imsemmija impriża tal-assigurazzjoni u jiddistribwixxi r-rikavat bejn il-kredituri tagħha, jew li l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istess impriża tal-assigurazzjoni għandu l-effett li tinfetaħ awtomatikament il-proċedura ta’ stralċ, mingħajr ma jkun meħtieġ li tiġi adottata deċiżjoni formali għal dan il-għan minn awtorità differenti.

2)

L-Artikolu 274 tad-Direttiva 2009/138 għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex deċiżjoni li tiġi rtirata awtorizzazzjoni ta’ impriża tal-assigurazzjoni u li jinħatar stralċjarju provviżorju għal din l-impriża tkun tikkostitwixxi “deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ stralċ ta’ impriża tal-assigurazzjoni”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, ma jkunux issodisfatti, l-imsemmi artikolu ma jinkludix obbligu għall-qrati tal-Istati Membri l-oħra li japplikaw id-dritt tal-Istat Membru ta’ oriġini tal-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata, li jipprevedi s-sospensjoni ta’ kull proċedura ġudizzjarja miftuħa fil-konfront ta’ tali impriża.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.