|
5.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Hames Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim – il-Polonja) – Powiat Ostrowski vs Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny
(Kawża C-383/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 - Obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni - Portata - Awtorità lokali li tkun xtrat vettura b’mod ġudizzjarju - Vettura rreġistrata, li tinsab f’art privata u intiża li tinqered)
(2021/C 263/03)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Powiat Ostrowski
Konvenut: Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny
Dispożittiv
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vettura bil-mutur hija obbligatorja meta l-vettura kkonċernata tkun irreġistrata fi Stat Membru, meta din il-vettura ma tkunx ġiet irtirata regolarment mill-użu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.