|
7.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Benedetti Pietro e Angelo S.S. et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)
(Kawża C-377/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib - Kwoti - Imposta addizzjonali - Regolament (KE) Nru 1788/2003 - Kunsinni li jaqbżu l-kwantità ta’ referenza disponibbli għall-produttur - Ġbir tal-kontribuzzjoni għall-imposta addizzjonali mix-xerrej - Rimbors tal-imposta żejda - Regolament (KE) Nru 595/2004 - Artikolu 16 - Kriterji għal ridistribuzzjoni tal-imposta żejda)
(2022/C 109/04)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Benedetti Pietro e Angelo Ss, Capparotto Giampaolo e Lorenzino Ss, Gonzo Dino Ss, Mantovani Giuseppe e Giorgio Ss, Azienda agricola Padovani Luigi, Azienda agricola La Pila di Mastrotto Piergiorgio e C. Ss, Azienda agricola Mastrotto Giuseppe, Soc. agr. semplice F.lli Isolan
Konvenut: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)
Dispożittiv
L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha bħala effett li r-rimbors tal-ammont żejjed miġbur tal-imposta addizzjonali għandu jibbenefika, bi prijorità, lill-produtturi li fir-rigward tagħhom ix-xerrejja ssodisfaw l-obbligu tagħhom li jħallsu kull xahar din l-imposta.