25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-371/19) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 170 u Artikolu 171(1) - Rimbors tal-VAT favur persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih huma jixtru oġġetti u servizzi jew jimportaw oġġetti suġġetti għat-taxxa, iżda huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor - Direttiva 2008/9/KE - Modalitajiet tar-rimbors tal-VAT - Artikoli 9 u 10 - Artikolu 15(1) - Artikolu 20 - Assenza tal-kopja ta’ fattura jew ta’ dokument ta’ importazzjoni - Ċaħda sistematika tal-applikazzjonijiet għar-rimbors inkompleti - Rifjut li l-persuna taxxabbli tintalab tikkompleta l-applikazzjoni tagħha wara l-iskadenza tat-terminu previst sabiex titressaq applikazzjoni - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Ammissibbiltà)

(2021/C 28/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Jokubauskaitė u R. Pethke, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: S. Eisenberg u J. Möller, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ċaħdet l-applikazzjonijiet għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imressqa qabel it-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja li ssegwi l-perijodu ta’ rifużjoni iżda li magħhom ma ġewx annessi l-kopji tal-fatturi jew tad-dokumenti ta’ importazzjoni meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ rifużjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista mid-Direttiva 2006/112/KE, favur persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, iżda fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma qabel stiednet lill-applikanti jikkompletaw l-applikazzjonijiet tagħhom bit-tressiq, jekk meħtieġ lil hinn minn dik id-data, ta’ dawn il-kopji jew billi jipprovdu informazzjoni xierqa li trendi possibbli l-ipproċessar tal-imsemmija applikazzjonijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, filwaqt li kisret il-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT kif ukoll l-effett utli tad-dritt għar-rimbors tal-VAT mill-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 170 u 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008, u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/9.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.