10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Schwerin – il-Ġermanja) – FD vs Staatliches Amt für Landwirtschaft und Umwelt Mittleres Mecklenburg

(Kawża C-365/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Pagamenti diretti - Regolament (UE) Nruo1307/2013 - Artikolu 24 - Bidwi żagħżugħ li jkun ibbenefika mill-ewwel allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament - Artikolu 30(6) - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 639/2014 - Artikolu 28(2) - Allokazzjoni supplimentari ta’ drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali)

(2021/C 182/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Schwerin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FD

Konvenuti: Staatliches Amt für Landwirtschaft und Umwelt Mittleres Mecklenburg

Dispożittiv

L-Artikolu 30(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament Nru 1307/2013 u li jemenda l-Anness X tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li bidwi żagħżugħ, fis-sens tal-Artikolu 30(11)(a) tar-Regolament Nru 1307/2013, moqri flimkien mal-Artikolu 50(2) ta’ dan ir-regolament, li jkun diġà bbenefika, taħt l-Artikolu 24 tal-imsemmi regolament, minn l-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament fl-ammont tal-ettari eliġibbli, li huwa jkun iddikjara fil-mument tal-applikazzjoni tiegħu, huwa intitolat jirċievi, sussegwentement, allokazzjoni supplimentari ta’ drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali u ugwali għan-numru addizzjonali tal-ettari eliġibbli li huwa jkollu f’dak il-mument u li għalihom huwa ma jkollu ebda dritt għall-pagament. Dan id-dritt huwa suġġett għall-eżistenza ta’ fondi disponibbli b’mod suffiċjenti fir-riżervi nazzjonali jew reġjonali. Jekk dan ma jkunx il-każ l-allokazzjoni għandha ssir billi tiġi żgurata l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-bdiewa eliġibbli għad-drittijiet skont l-Artikolu 30(6) tar-Regolament Nru 1307/2013, u li tiġi evitata kull distorsjoni tas-suq u tal-kompetizzjoni.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.