16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – SC Romenergo SA, Aris Capital SA vs Autoritatea de Supraveghere Financiară

(Kawża C-339/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Dritt tal-kumpanniji - Azzjonijiet ammessi għan-negozjar fis-suq irregolat - Kumpannija ta’ investiment finanzjarju - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi limitu massimu tas-sehem fil-kapital ta’ ċerti kumpanniji ta’ investiment finanzjarju - Preżunzjoni legali ta’ ftehim)

(2020/C 390/12)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Romenergo SA, Aris Capital SA

Konvenuta: Autoritatea de Supraveghere Financiară

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi miżura nazzjonali li tipprevedi l-limitu massimu, ta’ 5 %, tas-sehem fil-kapital ta’ kumpannija ta’ investiment finanzjarju jekk din il-miżura ma tkunx iġġustifikata b’raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 255, 29.7.2019.