|
22.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 471/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju, Magnetrol International, L-Irlanda
(Kawża C-337/19 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna implimentata mir-Renju tal-Belġju - Eżenzjoni tal-profitti eċċessivi - Deċiżjoni fiskali bil-quddiem (tax ruling) - Prassi amministrattiva stabbilita - Regolament (UE) 2015/1589 - Artikolu 1(d) - Kunċett ta’ “skema ta’ għajnuna” - Kunċett ta’ “dispożizzjoni” - Kunċett ta’ “miżuri ta’ implimentazzjoni oħra” - Definizzjoni tal-benefiċjarji “b’mod ġenerali u astratt” - Appell inċidentali - Ammissibbiltà - Awtonomija fiskali tal-Istati Membri)
(2021/C 471/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J Loewenthal u F. Tomat, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, C. Pochet u M. Jacobs, aġenti, assistiti minn M. Segura u M. Clayton, avocates), Magnetrol International, (rappreżentanti: H. Gilliams u L. Goossens, advocaten), l-Irlanda
Intervenjenti insostenn tal-appellati: Soudal NV, Esko-Graphics BVBA (rappreżentanti: H. Viaene, avocat), Flir Systems Trading Belgium BVBA (rappreżentanti: T. Verstraeten u C. Docclo, avocats, u N. Reypens, advocaat), Anheuser-Busch InBev SA/NV, Ampar BVBA, Atlas Copco Airpower NV, Atlas Copco AB (rappreżentanti: A. von Bonin, Rechtsanwalt, W. O. Brouwer u A. Pliego Selie, advocaten, u A. Haelterman, avocat), Wabco Europe BVBA (rappreżentanti: E. Righini u L. Villani, avvocati, S. Völcker, Rechtsanwalt, u A. Papadimitriou, avocat), Celio International NV (rappreżentanti: H. Gilliams u L. Goossens, advocaten)
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Frar 2019, Il-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni (T-131/16 u T-263/16, EU:T:2019:91), hija annullata. |
|
2) |
L-ewwel u t-tieni motiv tar-rikors fil-Kawża T-131/16 kif ukoll l-ewwel motiv u l-ewwel parti tat-tielet motiv tar-rikors fil-Kawża T-263/16 ma humiex ammessi. |
|
3) |
Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar it-tielet sal-ħames motivi tar-rikors fil-Kawża T-131/16 kif ukoll fuq it-tieni motiv, it-tieni u t-tielet parti tat-tielet motiv kif ukoll ir-raba’ motiv fil-Kawża T-263/16. |
|
4) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |