7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – E. Sp. z o.o. Sp. k. vs Minister Finansów

(Kawża C-335/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90 - Tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT - Nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz - Kundizzjonijiet imposti minn leġiżlazzjoni nazzjonali għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis - Kundizzjoni li abbażi tagħha d-debitur ma għandux ikun is-suġġett ta’ proċedura ta’ insolvenza jew ta’ stralċ - Kundizzjoni li l-kreditur u d-debitur għandhom ikunu suġġetti għall-VAT)

(2020/C 423/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E. Sp. z o.o. Sp. k.

Konvenut: Minister Finansów

Dispożittiv

L-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tnaqqis tal-valur taxxabbli għall-VAT għall-kundizzjoni li, fil-jum tal-kunsinna tal-oġġett jew tal-provvista ta’ servizzi kif ukoll fil-jum li jippreċedi dak tas-sottomissjoni tal-aġġustament tad-dikjarazzjoni tat-taxxa intiż għall-benefiċċju ta’ dan it-tnaqqis, id-debitur ikun irreġistrat bħala persuna taxxabbli għall-VAT u ma jkunx is-suġġett ta’ proċedura ta’ insolvenza jew ta’ stralċ u li, fil-jum li jippreċedi dak tas-sottomissjoni tal-aġġustament tad-dikjarazzjoni tat-taxxa, il-kreditur ikun huwa stess irreġistrat bħala persuna taxxabbli għall-VAT.


(1)  ĠU C 280, 19.8.2019.