14.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 433/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen – il-Ġermanja) – BY, CZ vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-321/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 1999/62/KE - Direttiva 2006/38/KE - Ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastruttura - Artikolu 7(9) - Artikolu 7a(1) u (2) - Tariffi tat-triq - Prinċipju ta’ rkupru tal-ispejjeż ta’ infrastruttura - Spejjeż ta’ infrastruttura - Spejjeż ta’ operat - Spejjeż relatati mal-pulizija tat-traffiku - Qbiż tal-ispejjeż - Effett dirett - Ġustifikazzjoni a posteriori ta’ rata tat-tariffi tat-triq eċċessiva - Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis)

(2020/C 433/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BY, CZ

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, kif emendata bid-Direttiva 2006/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż marbuta mal-pulizija tat-traffiku ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “spejjeż ta’ operat”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62, kif emendata bid-Direttiva 2006/38, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li t-tariffi tat-triq medji ppeżati jaqbżu l-ispejjeż tal-infrastruttura tan-netwerk tal-infrastruttura kkonċernat bi 3,8 % jew b’ 6 %, minħabba żbalji ta’ kalkolu mhux negliġibbli jew it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ spejjeż li ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “spejjeż ta’ infrastruttura”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

3)

Individwu jista’ jinvoka direttament quddiem il-qrati nazzjonali l-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni biss l-ispejjeż ta’ infrastruttura msemmija fl-Artikolu 7(9) tad-Direttiva 1999/62, kif emendata bid-Direttiva 2006/38, impost minn din id-dispożizzjoni kif ukoll mill-Artikolu 7a(1) u (2) tagħha, kontra Stat Membru meta dan ma jkunx osserva dan l-obbligu jew ikun għamel traspożizzjoni skorretta tiegħu.

4)

Id-Direttiva 1999/62, kif emendata bid-Direttiva 2006/38, moqrija fid-dawl tal-punt 138 tas-sentenza tas-26 ta’ Settembru 2000, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C 205/98, EU:C:2000:493), għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi li rata tat-tariffa tat-triq eċċessiva tkun iġġustifikata a posteriori minn kalkolu ġdid tal-ispejjeż ta’ infrastruttura prodotta fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja.


(1)  ĠU C 220, 1.7.2019.