7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Guimarães – il-Portugall) – MH, NI vs OJ, Novo Banco SA

(Kawża C-253/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċeduri ta’ insolvenza - Regolament (UE) 2015/848 - Artikolu 3 - Ġurisdizzjoni internazzjonali - Ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur - Persuna fiżika li ma teżerċitax professjoni liberali jew attività oħra ta’ persuna li taħdem għal rasha - Preżunzjoni konfutabbli skont liema ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ din il-persuna huwa r-residenza abitwali tagħha - Ikkonfutar tal-preżunzjoni - Sitwazzjoni li fiha l-unika proprjetà immobbli tad-debitur tinsab barra l-Istat Membru ta’ residenza abitwali)

(2020/C 297/21)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Guimarães

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MH, NI

Konvenuti: OJ, Novo Banco SA

Dispożittiv

L-ewwel u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-preżunzjoni li jipprevedu sabiex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni internazzjonali għall-finijiet tal-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza, skont liema ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ persuna fiżika li ma teżerċitax professjoni liberali jew attività oħra ta’ persuna li taħdem għal rasha huwa r-residenza abitwali tagħha, ma hijiex ikkonfutata bis-sempliċi fatt li l-unika proprjetà immobbli ta’ din il-persuna tinsab barra l-Istat Membru ta’ residenza abitwali.


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.