13.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-217/19) (1)

(Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Liċenzji għall-kaċċa fir-rebbiegħa ta’ kampjuni rġiel tal-ispeċi tal-għasafar “Edredun” (Somateria mollissima) fil-provinċja ta’ Åland (il-Finlandja) - Artikolu 7(4) u Artikolu 9(1)(c) - Kunċetti ta’ “użu meqjus” u ta’ “numri żgħar”)

(2020/C 230/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u E. Ljung Rasmussen, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski, aġent, assistit minn J. Bouckaert, D. Gillet u S. François, avukati)

Dispożittiv

1)

Billi tawtorizza regolarment il-ħruġ ta’ liċenzji għall-kaċċa fir-rebbiegħa għall-Edredun raġel (Somateria mollissima) fil-provinċja ta’ Åland mis-sena 2011 sas-sena 2019 inkluża, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 7(4) u tal-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi.

2)

Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 172, 20.5.2019.