17.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – “KOB” SIA vs Madonas novada pašvaldības Administratīvo aktu strīdu komisija

(Kawża C-206/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 u 63 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment u moviment liberu tal-kapital - Direttiva 2006/123/KE - Xiri ta’ artijiet agrikoli fil-Latvja għall-finijiet tal-użu tagħhom - Sistema ta’ awtorizzazzjoni preliminari għall-persuni ġuridiċi - Kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw biss għal persuni ġuridiċi miżmuma jew irrappreżentati minn ċittadini ta’ Stat Membru ieħor - Rekwiżiti ta’ residenza u ta’ konoxxenza tal-lingwa uffiċjali tar-Repubblika tal-Latvja - Diskriminazzjoni diretta minħabba n-nazzjonalità)

(2020/C 271/20)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“KOB” SIA

Konvenut: Madonas novada pašvaldības Administratīvo aktu strīdu komisija

Dispożittiv

L-Artikoli 9, 10 u 14 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta d-dritt għal persuna ġuridika, li s-soċju jew is-soċji tagħha jirrappreżentaw iktar minn nofs id-drittijiet ta’ vot fi ħdanha u li l-persuni li għandhom is-setgħa li jirrappreżentawha huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra, li tikseb il-proprjetà ta’ art agrikola li tinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, għall-produzzjoni, minn dawn is-soċji u rappreżentanti, minn naħa, ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni bħala residenti tal-imsemmi Stat Membru, u min-naħa l-oħra, ta’ dokument li jistabbilixxi li l-livell ta’ konoxxenza tagħhom tal-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru jippermettilhom minn tal-inqas li jkollhom konverżazzjoni dwar suġġetti ta’ kuljum u dwar il-ħajja professjonali.


(1)  ĠU C 155, 06.05.2019