|
20.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 240/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Hecta Viticol SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF) – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor, Biroul Vamal de Interior Buzău, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Galaţi
(Kawża C-184/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttivi 92/83/KEE u 92/84/KEE - Rati tas-sisa fuq l-inbid u x-xorb iffermentat mingħajr gass li ma huwiex inbid jew birra - Rati tas-sisa ddifferenzjati - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)
(2020/C 240/25)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hecta Viticol SRL
Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF) – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor, Biroul Vamal de Interior Buzău, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Galaţi
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikoli 7, 11 u 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, u l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jimponux l-iffissar ta’ rati tas-sisa identiċi fuq ix-xorb alkoħoliku li jaqa’ taħt il-kategorija tal-“inbid”, fis-sens tad-Direttiva 92/83, u fuq dak li jaqa’ taħt il-kategorija tax-“xorb iffermentat li ma huwiex inbid jew birra”, fis-sens ta’ din id-direttiva. |
|
2) |
Il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li temenda r-rata tas-sisa fuq ix-xorb iffermentat li ma huwiex inbid jew birra mingħajr ma tipprevedi sistema tranżitorja, meta tali emenda tidħol fis-seħħ tmint ijiem wara l-pubblikazzjoni tal-att li wassal għaliha u meta hija ma timplikax li l-persuni taxxabbli għandhom iwettqu aġġustamenti ekonomiċi kbar, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |